GĦANDEK INFORMAZZJONI dwar tifel jew tifla neqsin? Ċempel 119
Pr161700b 1 1024×512

Rapport fil-midja: Malta tħabbar li se tistabbilixxi sistema tal-AMBER Alert għal tfal neqsin

Fil-31 ta’ Lulju l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ta’ Malta ħabbar li, fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla, se tiddaħħal sistema nazzjonali tal-AMBER Alert.

Is-sistema tal-AMBER Alert se tippermetti lill-Pulizija li jinvolvu lill-pubbliku fit-tiftix għal tfal neqsin permezz ta’ firxa ta’ midja disponibbli, mit-TV għat-tabelli tat-toroq b’avviżi li jinbidlu, it-trasport pubbliku, il-messaġġi bil-mowbajl, u l-midja soċjali, fost l-oħrajn.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qal: “Aħna l-Maltin nagħtu importanza kbira lill-ħarsien tal-aħjar interessi ta’ wliedna.  Għalkemm, meta wieħed iqabbel mal-qagħda f’pajjiżi oħrajn, in-numru ta’ tfal neqsin u li jkunu fil-periklu f’Malta huwa żgħir, xorta waħda rridu nsaħħu u ntejbu s-sistema li ħdimna biha s’issa. Għalhekk, ħadna d-deċiżjoni li nikkollaboraw mal-AMBER Alert Europe sabiex f’dan il-qasam inżidu l-koperazzjoni tal-Pulizija fil-livell internazzjonali. Dan huwa l-għan ta’ din l-organizzazzjoni bla skop ta’ qligħ, li xprunat għadd ta’ inizjattivi f’dan il-qasam. Fix-xhur li ġejjin, meta jkollna f’idejna l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, se nvaraw din il-koperazzjoni b’mod uffiċjali. Ix-xogħol diġà beda, u saru diversi laqgħat. Din iż-żjara saret sabiex huma jifhmu aħjar kif tiffunzjona l-Pulizija tagħna – kellhom kliem ta’ tifħir għall-Korp tal-Pulizija – filwaqt li l-pulizija tagħna jitgħallmu kif taħdem is-sistema. Is-sena d-dieħla, se nsaħħu dak li diġà għandna u nagħmluh aktar effiċjenti.”

Tvm.com
The Times of Malta
The Malta Independent
Malta Today
One News 
Television Malta
iNews Malta
Newsbook